Skip to main content

Drittijiet u Permessi

Id-dritt tal-awtur

Id-dritt tal-awtur huwa vestit f’Via Storia.

Drittijiet

Il-films ta’ Napo jew ix-xeni individwali mill-films jistgħu jintużaw liberament għall-edukazzjoni, it-taħriġ u s-sensibilizzazzjoni mingħajr il-ħtieġa li jintalab permess minn qabel.

Xeni individwali mill-films ta’ Napo jistgħu jintużaw ukoll fi preżentazzjonijiet bil-PowerPoint u fuq siti tal-Intranet bi kreditu xieraq għall-produtturi.

Dawn id-drittijiet mhumiex estiżi għal:

  • l-editjar, ir-reviżjoni jew l-immodifikar tal-films
  • l-użu tal-films u ta’ xeni mill-films fi produzzjonijiet oħrajn ta’ films/vidjos
  • l-użu tal-films jew ta’ xeni mill-films għal reklamar, promozzjoni jew approvazzjoni
  • id-duplikazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ kopji tal-films
  • il-pubblikazzjoni tal-films ta’ Napo fuq siti elettroniċi tal-Internet
  • l-inklużjoni tal-films jew ta’ xeni mill-films fi prodotti ta’ multimidja, sakemm ma jkunx awtorizzat b’mod speċifiku.

Links għall-Paġna Ewlenija tas-sit web ta’ Napo www.napofilm.net huma permessi, iżda l-ospitar ta’ films ta’ Napo fuq siti web oħra mhuwiex approvat.

Il-karattru ta’ Napo jista’ jintuża biss direttament fil-promozzjoni tal-film - mhuwiex possibbli li jintużaw il-karattru ta’ Napo jew kwalunkwe stampi tiegħu fil-pubbliċità, il-promozzjoni jew il-pubblikazzjoni ġenerali tas-saħħa u s-sigurtà.