Kun żgur li tagħti ħarsa lejn il-Mistoqsijiet Frekwenti hawn taħt qabel tressaq mistoqsija. Forsi din diġà kienet imwieġba.
Le. Il-films huma koperti mid-dritt tal-awtur. Dawn id-drittijiet għall-użu tal-films ta’ Napo ma jestendux għall-editjar jew għall-modifika tal-films, l-użu tal-films fi produzzjonijiet ta’ films jew prodotti multimedjali oħrajn, jew l-użu tal-films għall-finijiet ta’ reklamar jew promozzjoni.
Iva. Xeni individwali mill-films ta’ Napo jistgħu jintużaw ukoll fi preżentazzjonijiet bil-PowerPoint u fuq siti tal-Intranet bi kreditu xieraq għall-produtturi.
Iva. Links għall-Paġna Ewlenija tas-sit web ta’ Napo www.napofilm.net huma permessi, iżda l-ospitar ta’ films ta’ Napo fuq siti web oħra mhuwiex approvat.
Le. Il-karattru ta’ Napo jista’ jintuża biss direttament fil-promozzjoni tal-films ta’ Napo. Mhuwiex possibbli li tuża l-karattru ta’ Napo jew kwalunkwe immaġini ta’ Napo għall-immarkar korporattiv ta’ pubbliċità, promozzjoni jew pubblikazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà.
Iva. Biex tniżżel il-films Napo kompleti jew xeni magħżula fuq il-PC tiegħek mur fuq is-sit web ta' Napo (www.napofilm.net) u mur fuq il-film jew ix-xena li trid tniżżel. Tista' jew tikklikkja fuq il-buttuna 'niżżel'
, jew żid il-vidjow tiegħek maċ-ċentru tat-tniżżil, billi tikklikkja fuq il-buttuna 'ċentru tat-tniżżil
.
Il-buttuna taċ-"ċentru tat-tniżżil" iżżid il-vidjows magħżula ma' lista li tista' taċċessa mill-bar tal-menu ta' fuq tas-sit web. Minn hemmhekk se tara lista bil-vidjows magħżula kollha tiegħek li tista' tniżżel f'operazzjoni waħda. Biex tneħħi vidjows magħżula mil-lista taċ-'ċentru tat-tniżżil', ikklikkja fuq il-buttuna "X".
Jekk jogħġbok, innota li l-opzjoni ta' tniżżil mhijiex disponibbli fil-verżjoni mobbli.
Le. Tista’ tagħmel link għall-websajt ta’ Napo (www.napofilm.net) iżda mhuwiex permess li ttella’ l-films.
Iva. Tista’ tniżżel il-films u ttellagħhom fuq sit tal-Intranet intern.
Huwa possibbli li tinkludi films jew xeni minn films ta’ Napo biss jekk it-tagħlim elettroniku jkun intiż esklussivament għal użu intern fi ħdan il-kumpanija jew l-organizzazzjoni. Jekk il-programm ta’ Tagħlim Elettroniku huwa intiż għal użu estern bħala parti minn pakkett ta’ taħriġ għall-bejgħ, mhuwiex possibbli li tinkludi l-films jew xeni mill-films ta’ Napo.
