
Qatt mhu kmieni wisq li tintroduċi lill-istudenti għall-kunċetti bażiċi li, għall-adulti, jaqgħu taħt l-umbrella tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali (OSH).
Napo huwa karattru li jiġbdek li jista' jgħin lill-istudenti jaħsbu dwar, jifhmu u jaġixxu fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà. Biex issir taf aktar, ikklikkja hawn: Napo u l-ħbieb. Hemm firxa wiesgħa ta’ films ta’ Napo, għalhekk tiddejjaqx tesplorahom u tużahom fil-klassijiet tiegħek.
Uħud mill-kunċetti bażiċi tas-sigurtà koperti f’dawn il-lezzjonijiet huma marbuta mal-kurrikulu li diġà qed jiġi mgħallem. Ir-riżorsa Napo għall-Għalliema tippreżenta firxa ta’ ideat tajbin ħafna li jistgħu jintużaw biex jgħinu l-kunċetti tas-sigurtà jiġu integrati f’lezzjonijiet. Tista’ tintuża għal lezzjoni waħda jew bħala parti minn proġett usa’. Għalkemm hija marbuta ma’ suġġetti oħra, l-objettiv ewlieni huwa li tuża l-films interattivi ta’ Napo biex tgħallem lill-istudenti dwar kif għandhom jieħdu ħsieb tagħhom infushom u lil xulxin, u kif għandhom jagħrfu l-perikli.
Għal kull lezzjoni, hima pprovduti ħarsa ġenerali tal-objettivi tat-tagħlim, id-dettalji ta’ attivitajiet ta’ potenzjal u r-riżorsi meħtieġa. Permezz ta’ dawn il-lezzjonijiet, l-istudenti se jiskopru kif għandhom jagħrfu d-diversi perikli li jistgħu jpoġġu lilhom infushom jew lill-sħabhom fil-periklu, u jiżviluppaw il-ħiliet biex jaħdmu flimkien biex ipoġġu xi ftit mit-tagħlim fil-prattika.
Għal aktar informazzjoni dwar is-suġġetti bażiċi tas-sigurtà u s-saħħa, ara l-formoli ta’ għajnuna disponibbli fil-librerija tar-riżorsi.
